Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza
Assoċjazzjoni | Fédération Française de Football | ||
---|---|---|---|
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Didier Deschamps | ||
Kaptan | Hugo Lloris | ||
Stadju prinċipali | Stade de France | ||
Kodiċi tal-FIFA | FRA | ||
|
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Franza hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza. It-tim kellu suċċess f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1998 li sar f'pajjiżu, u spiċċa wkoll it-tieni fl-edizzjoni ta' l-2006 fil-Ġermanja. Sa dak iż-żmien, Franza kienet rebħet l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000. It-tim hu mmexxi mill-French Football Federation u jikkompeti bħala membru tal-UEFA.
Franza spiċċat l-ewwel, it-tieni u t-tielet kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-Logħob Olimpiku tas-Sajf. Hu hu l-uniku tim li rnexxielu jasal sa dal-punt.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Snin tal-Bidu
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel logħba ta' Franza kienet pari ta' 3-3 kontra l-Belġju fl-1904. Huma lagħbu fit-tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Lucien Laurent skorja l-ewwel gowl fit-Tazza tad-Dinja fl-1930, f'rebħa ta' 4-1 fuq il-Messiku. Huma waslu sal-kwarti tal-finali fl-1938 meta ospitaw il-kompetizzjoni.
Franza spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 1958, meta rebħet bi skor kbir ta' 6-3 lill-Ġermanja biex kisbet it-tielet post. Franza kienet tilfet mal-Brażil fis-semi-finali, wara l-injury tad-difensur ċentrali u t-tripletta ta' Pelé. L-attakkant Just Fontaine skorja tlettax-il gowl fil-kampjonat f'sitt logħbiet. Dak iż-żmien kien fost l-aqwa timijiet ta' l-Ewropa.
L-Era ta' Platini
[immodifika | immodifika s-sors]Matul l-era ta' Michael Platini bħala captain, l-istil ta' logħob tal-Franċiżi fit-Tazza tad-Dinja tjieb, fejn spiċċa r-raba' fl-edizzjoni ta' l-1982 fi Spanja u t-tielet fl-edizzjoni tal-Messiku ta' l-1986. FIż-żewġ edizzjonijiet huma tilfu kontra l-Ġermanja tal-Punent. Is-semi-finali ta' l-1982 tibqa' famuża għad-daqqa ta' minkeb li l-gowler tal-Ġermanja, Harald Schumacher, ta lill-plejer ta' Franza Patrick Battiston f'wiċċu wara li dan għamel xutt. Minkejja l-uġiegħ li sofra Battiston, Schumacher ma kienx penalizzat.
Flimkien mal-ħafna apparenzi fis-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja, bi Platini preżenti, huam rebħu l-Kampjonati Ewropej ta' l-1984 li sar ġewwa darhom, u kif ukoll il-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Los Angeles ta' l-istess sena.
L-Era ta' Zidane
[immodifika | immodifika s-sors]L-akbar suċċessi ta' Franza kienu lejn tmiem l-1990, fil-ġenerazzjoni ta' Zinedine Zidane u l-bidu ta' l-esperjenza internazzjonali ta' Thierry Henry. It-tim beda tajjeb hekk kif wasal fis-semi-finali tal-Kampjonati Ewropej ta' l-1996. Wara din l-edizzjoni, l-kowċ Aimé Jacquet addotta strateġija difensiva u għamel lis-supporters anzjużi minħabba li t-tim qatt ma deher li kien qed jiżviluppa fit-tattika offensiva. Il-media bdiet tattakka l-kowċ tat-tim u bdiet tgħidlu li t-tim ma kellux ċans li jimxi fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1998 li kienet se ssir f'pajjiżhom. F'Mejju 1998, il-media reġgħet attakkat lil Jacquet hekk kif hu semma' 28 plejer minflok 22 għat-Tazza tad-Dinja, u l-gazzetta "L'Équipe" stqarriet fl-editorjal li hu ma kienx l-aħjar persuna biex jiggwida lit-tim Franċiż għar-rebħa.
Tazza tad-Dinja 1998
[immodifika | immodifika s-sors]Franza bdew tajjeb l-edizzjoni ta' l-1998 hekk kif rebħu l-grupp b'punti massimi meta rebħu kontra l-Afrika t'Isfel (3-0), kontra l-Għarabja Sawdita (4-0) u kontra d-Danimarka (2-1). B'hekk huma spiċċaw biex skurjaw disa' gowls u laqqtu gowl wieħed biss.
Wara kien imiss lill-Paragwaj, u Franza rnexxiela tikkwalifika permezz ta' golden-goal ta' Laurent Blanc. Fil-kwarti tal-finali, huma rebħu lill-Italja bil-penalties wara li wara l-ħin normali u l-ħin miżjud huma spiċċaw 0-0. Fis-semi-finali huma affrontaw lill-Kroazja u wara li marru minn taħt, għall-ewwel darba fil-kampjonat, minn gowl tat-top-scorer ta' l-istess kampjonat, Davor Šuker, huma rribaltaw is-sitwazzjoni b'doppjetta ta' Thuram.
Fil-finali huma rebħu lir-rebbieħa ta' l-edizzjoni ta' qabel, il-Brażil, bl-iskor ta' 3-0. Fl-ewwel taqsima, Zinedine Zidane tefa' lill-Franċiżi 2-0 fil-vantaġġ, biż-żewġ gowls jaslu minn daqqiet tar-ras minn żewġ corners. Il-Brażil ma rnexxielhomx jagħmlu pressjoni biex inaqqsu d-distakk, alavolja Desailly kien muri l-karta l-ħamra. Emmanuel Petit skorja t-tielet gowl tas-serata fl-aħħar minuta tal-logħba. Din ir-rebħa kienet l-ewwel rebħa fil-finali mill-ospitu f'għoxrin sena. Madwar miljun persuna ċċelebraw ir-rebħa tal-Franċiżi fit-toroq ta' Pariġi.
Euro 2000
[immodifika | immodifika s-sors]Roger Lemerre ħa post Jacquet wara r-rebħa fil-finali tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1998. Hu ggwidahom għall-Euro 2000. Zidane żamm il-forma tiegħu tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA meta fil-kwarti tal-finali kontra Spanja hu skorja free kick dirett u penalty fis-semi-finali kontra l-Portugall.
Fil-finali, Franza rebħet lill-Italja 2-1, wara li kienet minn taħt. David Trezeguet skorja l-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud biex ta r-rebħa lill-Franċiżi. Din kienet l-ewwel darba li tim nazzjonali żamm it-titlu tat-Tazza tad-Dinja u t-titlu tal-Kampjonat Ewropew, wara l-Ġermanja tal-Punent fl-1974, u kienet ukoll l-ewwel darba li r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja kiseb it-titlu ta' champion ta' l-Ewropa. Franza żammet l-pożizzjonijiet għoljin tar-rankings tal-FIFA bejn s-sena 2000 u 2001.
Skwadra attwali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-plejers segwenti ġew imsejħa sabiex jipparteċipaw fil-partiti kontra l-Ġeorġja (22 ta' Marzu) u Spanja (26 ta' Marzu) validi għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014.
Nru. | Poż. | Plejer | Data tat-twelid (età) | Preżenzi | Gowls | Klabb |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | G | Hugo Lloris (kaptan) | 26 ta' Diċembru 1986 | 45 | 0 | Tottenham Hotspur |
16 | G | Steve Mandanda | 28 ta' Marzu 1985 | 15 | 0 | Marseille |
23 | G | Mickaël Landreau | 14 ta' Mejju 1979 | 11 | 0 | Bastia |
3 | D | Patrice Evra | 15 ta' Mejju 1981 | 48 | 0 | Manchester United |
22 | D | Gaël Clichy | 26 ta' Lulju 1985 | 17 | 0 | Manchester City |
2 | D | Rod Fanni | 6 ta' Diċembru 1981 | 5 | 0 | Marseille |
5 | D | Mamadou Sakho | 13 ta' Frar 1990 | 13 | 0 | Paris Saint-Germain |
21 | D | Laurent Koscielny | 10 ta' Settembru 1985 | 8 | 0 | Arsenal |
15 | D | Christophe Jallet | 31 ta' Ottubru 1983 | 4 | 1 | Paris Saint-Germain |
13 | D | Mapou Yanga-Mbiwa | 15 ta' Mejju 1989 | 3 | 0 | Newcastle United |
4 | D | Raphaël Varane | 25 ta' April 1993 | 1 | 0 | Real Madrid |
7 | M | Franck Ribéry | 7 ta' April 1983 | 72 | 12 | Bayern Munich |
6 | M | Yohan Cabaye | 14 ta' Jannar 1986 | 20 | 1 | Newcastle United |
8 | M | Mathieu Valbuena | 28 ta' Settembru 1984 | 20 | 5 | Marseille |
12 | M | Blaise Matuidi | 9 ta' April 1987 | 11 | 0 | Paris Saint-Germain |
11 | M | Moussa Sissoko | 16 ta' Awwissu 1989 | 8 | 0 | Newcastle United |
17 | M | Maxime Gonalons | 10 ta' Marzu 1988 | 6 | 0 | Lyon |
20 | M | Dimitri Payet | 29 ta' Marzu 1987 | 3 | 0 | Lille |
19 | M | Paul Pogba | 15 ta' Marzu 1993 | 1 | 0 | Juventus |
10 | A | Karim Benzema | 19 ta' Diċembru 1987 | 56 | 15 | Real Madrid |
14 | A | Jérémy Ménez | 7 ta' Mejju 1987 | 23 | 2 | Paris Saint-Germain |
13 | A | Loïc Rémy | 2 ta' Jannar 1987 | 18 | 4 | Queens Park Rangers |
9 | A | Olivier Giroud | 30 ta' Settembru 1986 | 16 | 3 | Arsenal |
18 | A | Bafétimbi Gomis | 6 ta' Awwissu 1985 | 10 | 3 | Lyon |
Storja tal-Kompetizzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- 1930 - L-Ewwel Rawnd
- 1934 - L-Ewwel Rawnd
- 1938 - Kwarti tal-Finali
- 1950 - Irtirat
- 1954 - L-Ewwel Rawnd
- 1958 - Semi-Finali
- 1962 - Ma kkwalifikatx
- 1966 - L-Ewwel Rawnd
- 1970 sa l-1974 - Ma kkwalifikatx
- 1978 - L-Ewwel Rawnd
- 1982 - Semi-Finali
- 1986 - Semi-Finali
- 1990 sa l-1994 - Ma kkwalifikatx
- 1998 - Rebbieħa
- 2002 - L-Ewwel Rawnd
- 2006 - Finalista Telliefa
- 2010 - L-Ewwel Rawnd
- 1960 - Raba' Post
- 1964 sa l-1980 - Ma kkwalifikatx
- 1984 - Rebbieħa
- 1988 - Ma kkwalifikatx
- 1992 - L-Ewwel Rawnd
- 1996 - Semi-Finali
- 2000 - Rebbieħa
- 2004 - Kwarti tal-Finali
- 2008 - L-Ewwel Rawnd
- 2012 - Kwarti tal-Finali
Plejers
[immodifika | immodifika s-sors]Plejers famużi tal-passat
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
L-Aktar Apparenzi
[immodifika | immodifika s-sors]# | Isem | Karriera | Partiti | Gowls |
---|---|---|---|---|
Lilian Thuram | 1994-2008 | |||
Marcel Desailly | 1993-2004 | |||
Zinedine Zidane | 1994-2006 | |||
Dider Deschamps | 1989-2000 | |||
Patrick Vieria | 1997-preżent | |||
Bixente Lizarzu | 1992-2004 | |||
Laurent Blanc | 1989-2000 | |||
Thierry Henry | 1997-preżent | |||
Sylvain Wiltord | 1999-preżent | |||
Fabien Barthez | 1994-2006 |
L-Aktar Gowls
[immodifika | immodifika s-sors]# | Isem | Karriera | Partiti | Gowls |
---|---|---|---|---|
Michel Platini | 1976-1987 | |||
Thierry Henry | 1997-preżent | |||
David Trezeguet | 1998-preżent | |||
Zinedine Zidane | 1994-2006 | |||
Just Fontaine | 1953-1960 | |||
Jean-Pierre Papin | 1986-1995 | |||
Youri Djorkaeff | 1993-2002 | |||
Sylvain Wiltord | 1999-preżent | |||
Jean Vincent | 1953-1961 | |||
Jean Nicolas | 1933-1938 |